Cast

Benny Casha

Benny Casha hu l-Producer tal- kumpanija u wiehed mid-diretturi tal- Bronk Productions Beda jirrecta meta kien ghadu zghir u kien ghadu fl- Azzjoni Kattolika. Kien jirrecta dejjem il-parti tal-kummidjant. Ha sehem tista tghid f‘kull recta li tellghu l- Bronk. Fl- 2002 flimkien ma’ Pierre Bonello u Tonio Vella kienu marru l- Awstralja u hemmhekk huma t-tlieta hadu sehem f’kummiedja li ttellghet mill- group Malti Cittadini. Taw wirjiet f’Sydney u Melbourne biex ferhu lil Maltin emigranti fl- Awstralja, regghu marru fit-2004 u maghhom hadu lil Fabian Scerri DeCarlo fejn is-success din id-darba kien wiehed ikbar. Barra li jirrecta kemm fuq il-palk u t-television, Benny jarma u hadem bosta settijiet ghal palk kif ukoll ghat–televizjoni. .



Pierre Bonello

Beda l-palk mal-kumpanija Invicta. Wara inghaqad ma’ Benny biex flimkien iffurmaw il-Bronk. Ha sehem f’kull play li tellghu l-Bronk. Pierre mhux biss jirrecta imma fil bidu hu kien jidderiegi l-plays li Bronk kienet ittellgha. Hu kummidjant tajjeb u anke karaterista tajjeb hafna. Kellu partijiet principali f’bosta plays. Hadem kummiedji, drammi u u bosta partijiet fuq it-television. Fit teleseriel Qeghdin Sew kellu l-parti tant mahbuba mat--telespettaturi, il-parti ta’ Karmenu l-Awstraljan.

Barra mir-rectar Pierre jiehu hsieb id-disinji tal-palk. Hu responsabbli ghax-xenarju ta’ kull rapprezentazzjoni li jkollha l-Bronk. Hu wiehed mid-diretturi tal-Bronk.



Tonio Vella (il-Majsi)

Tonio maghruf ahjar bhala il-Majsi, minhabba l-karattru ferm komiku li hadem f’diversi videos. Ha sehem f’numru ta’ produzzjonijiet kemm ghall-palk kif ukoll ghar-radju u t-television. Minkejja li normalment narawh f’partijiet komici, Tonio nterpreta wkoll partijiet serji fi drammi, fosthom il-parti ta’ Padre Pio fid-dramm ta’ Lino Grech. Ha sehem fid-dramm Ben Hur fil parti tal Konslu, u ha sehem ukoll fid- dramm ta’ Dun Gorg Preca.

Fl-1992 rebah it-titlu ta’ Best Actor of the Year f’kompetizzjoni tal-Malta Amateur Cine Circle u fl-2007 Best Supporting Male Actor ghal Fredu l-Fra. Illum Tonio jiehu sehem f’kull play li jtellghu l-Bronk, kemm fuq palk kif ukoll fuq it-television. Barra milli jirrecta Tonio jidderigi kummiedji mal-Bronk u hu wiehed mill-ghalliema fil-Korsijiet tad-Drama. Huwa dderiega wkoll produzzjonijiet ghal fuq it-televizjoni fosthom 'Idejn il-Vjolinista' u issa 'Marvin'.



Joe Xokki Borg

Joseph Borg mil-Gharghur u ghandu 26 sena twelid fit-30 t'Awissu 197....... Beda d-drammi b'kumbinazzjoni ghax qatt ma kienet xi haga li jhobb. Ix-xewqa tieghu dejjem kienet li jkun prezentatur. Imma shabu kienu jiehdu sehem mal-ghaqda Dwal Godda tal-Gharghur li maghrufin ghal plays li jaghmlu fil-granet tal-Gimgha Mqaddsa. Minn hemm beda kors fuq tad-drama u kien immur tajjeb fil-kummiedji. Minn hemm intghazel bhala l-ahjar attur komiku tal-kors u ha sehem fl-ewwel play gewwa l-Istitut Kattoliku fil-play Madamme X, fejn kellu parti li meta johrog fuq il-palk in-nies jibdew jidhqu. Din il-play kienet il-bidu tal-laqam tieghu x-Xokki. Minn hemm il-quddiem infetah il-bieb ghad-drama. Hadem hafna imma l-aktar li jibqaw f'mohhu huma Is-Salib tal-Fidda, il-kummiedja ta' Gahan u z- Zija Lavinja u ghandu ghal qalbu l-panto li itella l-Bronk Productions kull sena. Fuq it-televizjoni beda l-ewwel darba bil-parti tac-Ciniz f'Qeghdin Sew. Ha sehem fil-programm Zebra Crossing fejn ghamel il-parti tal-Warden u f'diversi progammi. Imma zgur li l-aktar haga li waslitu ghal dan kollu hija l-parti ta' Gorg tad-Downuts f'Gawdenz li mhux dahal fi qlub il-Maltin u Ghawdxin imma f'qalbu ukoll ghax sar parti minnu illum il-gurnata. Issa qed jaghmel xi haga li veru jhobb hafna. Ix-xoghol ta prezentatur hi xi haga li kienet holma tieghu u issa qeghda ssehh. Sincerament minn qalbu jixtieq jirringrazzja lil poplu Malti u Ghawdxi kollu tas-support kbir li jaghtih.



Renzo Bonello

Renzo tista tghid li hu gdid ghal fuq il-palk, imma ghalkemm ghadu bidu tista tghid li seraq il-qalb ta’ kull min jarah ghal mod komiku li bih jirrecta. Renzo fil-bidu beda mal Bronk bhala suggeritur. Ma kienx ikun irid jitla’ fuq il-palk. Darba kien hemm parti zghira u thajjar jghamilha. Tant mar tajjeb li ma baqax suggeritur imma ried jibda jirrecta u minn dak iz-zmien baqa dejjem jiehu sehem f’kull kummiedja tal- Bronk.

L-aktar partijiet komici li hu popolari bihom huma Kalcidon is-Sagristan fil-Kummiedja ta’ Gawdenz, il parti ta Matthew fis-serie televisiva ‘Qeghdin Sew’ u Indri il-kok fis-sensiela ta kummiedji ta’ Majsi. Hu kien gie vvutat l-ewwel mit televoting li kien sar mit-telespettaturi biex jghazlu l-ahhjar attur, komiku, li ha sehem f’ ‘Qeghdin Sew’.



Norma Cristina

Bint l-attrici Vitorin Galea u Guzeppi. Hija ghalliema tal-Muzika. Hadet sehem ma’diversi kumpaniji fosthom G.U.N.T., flimkien ma Johnnie Navarro, Armando Urso, Charles Thake u ommha Vitorin. Hadmet fi plays it-Teatru Manoel u f’teatri ma’ Malta u Ghawdex.

Wara l-mewt ta’ ommha regghet qabdet il-karriera tal-palk u qed tiehu sehem regolarment fit teatri ewlenin mal Bronk.Hadmet kemm palk kif ukoll television.



Dominic Said

Dominic hu ghalliem mal-Bronk Productions. Minbarra li jghallem hu ukoll attur, awtur u anki Direttur kemm ghall-palk kif ukoll ghat-Televizjoni. Bhala attur fuq palk Dominic hu maghruf ghall-interpretazzjoni tieghu tal-Karattru famuz li tant hu ghal qalb hafna nies - Iz-Zija Lavinja. Ghal zmien tal-Milied, il-Bronk Productions ittella' l-Panto fejn lil Dominic narawh bhala d-dame u l-mohh tal-kitba jkun hu wkoll. Bhala Televizjoni kellu diversi opportunitajiet pero l-aktar li baqa' mgharuf ghal-parti li kellu F'Qeghdin Sew bhala Samwel, wiehed mill-ahwa li dejjem jidhol f'xi kummiedja ma' siehbu Matthew. Lil Dominic rajnih ukoll bhala Mel f'Sahta fuq Uliedi u Nikki f'Miraklu. Ta' min jghid li dawn kienu produzzjonijiet li l-Bronk fdat f'idejn Dominic kemm bhala awtur kif ukoll direzzjoni.



John Suda

John hu wiehed mill-ghalliema li ghandna l-Bronk Productions, fil-fatt hu kien l-ewwel ghalliem fil-klassijiet tad-Drama (1999). Matul il-karriera tieghu, hu interpreta hafna persunaggi kbar fit-teatru, bhal Fawst, Richard III u Edipu s-Sultan. Interpreta partijiet importanti fi drammi ta' Francis Ebejer, Oreste Calleja, Vince Vella u Joseph Vella Bondin. Hu nnifsu wkoll kiteb ghall-palk u ghat-televizjoni u l-kitba tieghu fis-sensiela 'Il-Madonna tac-Coqqa' ikkontribwit biex fl-2007 tribah il-Premju ta' l-Awtorita' tax-Xandir. Minbarra din is-sensiela, hu kellu sehem f'ohrajn, imma zgur li Simpatici u Fredu l-Fra kienu u ghadhom fost l-iktar popolari. Suda huwa wkoll Direttur tal-palk u tat-televizjoni, kif ukoll prezentatur. Ha sehem f'diversi Encounters Internazzjonali bhala espert tat-teatru u mexxa workshops f'hafna pajjizi Ewropej. Fil-qasam internazzjonali jibghu miftakra zgur il-partijiet li interpreta fi Cristopher Columbus u ricemtement f' Julius Caesar.



Sr. Benny Casha

Benny huwa t-tifel tal mibki Censu Casha, dak li flimkien ma ohtu Vitorin u missierhom, kienu ffurmaw il-BRONK. Minn meta kien zghir kien jigri ma’ missieru fuq il-palk. Ghalkemm Benny ma jirrectax, jaghmel xoghol iehor ghall palk, fix- Xenarju u Make-Up. Benny hu l-Make-Up artist tal-kumpanija. Studja l-arti tal make-up ghand Lina Galea Cumbo. Barra milli jaqdi l-bzonnijiet tal-kumpanija, kemm il darba ghamel xoghol ta’make-up ghall kumpaniji ohra. Jaghmel ukoll xoghol ta’ make-up ghal xi whud li jilbsu ta’ persunaggi bibblici fil-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira. Hu mfittex hafna f’dan il-qasam.

Billi s-sengha tieghu hi ta’ mastrudaxxa u dilettant tal-palk, kull meta jigi biex jinhadem film hawn Malta, hu jkun minn ta’ l-ewwel li jsejhulu biex flimkien mal-crew tekniku barrani jibnu s-set . Din ir-reputazzjoni akkwistha bil hila tieghu u bix-xoghol li wera u l kapacita’ li juri meta kien involut f’hafna bini ta’ sets, bhall Christoforo Colombus, Gladiator, Helen of Troy u Troy. Sahansitra kien offrut biex imur u jibqa jahdem maghhom barra minn Malta.



Ian Fenech

Meta kellu 12-il sena beda jiehu sehem fil-plays li kienu jittellghu fil-Youth Centre taz-Zejtun u aktar tard ha sehem f’diversi plays ma l-Ghaqda Talent Zejtuni. Ftit wara beda jiehu xi korsijiet tad-drama mal-kumpanija Teatru Rjal. Sentejn wara beda jiehu l-korsijiet tad-drama ma Bronk Productions, fejn bhala tutor kellu lil John Suda, minn hemm inghatawlu hafna opportunitajiet billi ha sehem f’diversi musicals, kummiedji u drammi.

L-ewwel dehra tieghu fuq it-T.V. kienet fis-sensiela ‘Shelly Rayner’ fejn imbaghad kompla fil-‘Madonna tac-Coqqa’ , kellu parti principali fid-dramm ‘Sahta fuq Uliedi’, fejn kien interpreta l-karattru ta’ Wayne, u l-karattru principali fid-dramm popolari Marvin . Huwa wkoll jispikka f’ partijiet komici. Fil fatt ikollu hafna partijiet ewlenin fil-kummiedji li jtellghu il Bronk.



Joseph Fenech

Beda l karriera tieghu meta kellu 13-il sena fejn kien jiehu sehem fil-plays li kienu jtellghu fil-Youth Centre taz-Zejtun. Ha sehem ukoll f’diversi kummiedji mal-kumpanija ‘Ghaqda Talent Zejtuni’. Wara thajjar jiehu xi korsijiet tad-drama mal-kumpanija ‘Teatru Rjal’ fejn maghha ha sehem f’diversi produzzjonijiet. Ftit wara inghaqad mal-kumpanija ‘Bronk’. Beda jattendi ghall-korsijiet tad-drama, fejn bhala tutor kellu lil John Suda, u fit-2001 kien rebah il-‘Best in Class’. Ma Bronk ha sehem f’diversi produzzjonijiet teatrali, kemm kummiedji, musicals kif ukoll drammi fosthom ‘Idejn il-Vjolinista’, ‘guzeppimattewcallus.com’ u ohrajn.

L-ewwel dehra tieghu fuq it-T.V. kienet fis-sensiela ‘Shelly Rayner’, imbaghad wara kellu partijiet ohra fl-‘Ispettur Lowell’, il-‘Madonna tac-Coqqa’, is-‘Salib tal-Fidda’ , ‘Miraklu’, 'Marvin' u ohrajn.



Josette Ellul (attrici u prezentatrici )

Ilha tirrecta minn mindu kienet l-iskola. L-aktar li thossha ghal qalbha meta jaghtuha parti komika - ghax hekk twieldet u hekk tmut. Mal-kumpanija ‘Bronk’ thossha qisha parti minn familja kbira, li l- palk huwa haga mportanti hafna fil-hajja tal-membri taghha. Mal-Bronk kellha l-parti tal-mara fil-kummiedja ‘ Vaganza bla Sustanza ‘; kienet ‘Lucy ‘ f’kummiedja ohra ‘Babilonja ‘; is- sahhara f’ Rapunzel ghall – Eurovision ‘ u l- kunjata ‘Mari ‘ fil-kummiedja ‘Issa Gejna Ottu ‘ . Hi nterpretat l-parti ta’ Orietta ‘ Tezoro’ fis serje televiziva ’Qeghdin Sew’ u Christabelle fi serje televiziva ‘L Avukat Gawdenz Bilocca’ u Guza fi 'Fredu l-Fra' fuq One TV. Josette toffri wkoll servizz ta’ compere ghal festivals / serati Maltin / kompetizzjonijiet / parties etc. Flimkien ma' Joe ‘Xokki‘ Borg.



Stephanie Grech Mallia

Il-palk minn dejjem kien jaffaxxinha; meta kienet zghira kienet tizfen ( damet 7 snin titghallem) u mbaghad meta kellha 14-il sena kienet tiehu sehem f’one hour plays il- Youth Centre tan- Naxxar taht id-direzzjoni ta’ Frederick Camilleri. Kienet tiehu sehem ukoll f’diversi kummiedji mtella’ mill-Victoria Drama Company – Tonio Vella kien id-direttur. Fil-fatt Tonio kien li hajjarha tiehu l-kors ta’ drama mal-BRONK Productions. Mal-BRONK ilha mis-sena 2000 – l-ewwel dramm li hadt sehem fih kien tal-passjoni ‘Barabbas’ u minn hemm infethulha l-bibien ghal hafna opportunitajiet fi produzzjonijet. Hadet sehem f’diversi kummiedji, musicals, tragedji Griegi (Medea, Nisa ta’ Trojja) u anki drammi (Idejn il-Vjolinista, Awstralja).

Qeghdin Sew! kienet l-ewwel esperjenza taghha bhala rectar fuq it-televixin fejn kellha l-karattru ta’ Cynthia. Bhala drammi televizivi kellha f’Sahta fuq Uliedi, Idejn il-Vjolinista (fejn kellha parti principali), Il-Milied tan-Nanna Klara, Miraklu, Marvin, Nies Bhalna. Kellha ukoll il-karigu ta' Segretarja tal-Produzzjoni F'Miraklu, Qeghdin Sew!, L-Avukat Gawdenz Bilocca, Marvin u fil-film Qerq.



Noel Calleja

Sa ftit snin ilu ghalih it-teatru kien ifisser li jmur jara xi produzzjoni u jirrecta fil- panto tal-iskola fejn jghallem.

Thajjar jibda jiehu l-korsijiet tad-drama mal-Bronk u skopra dinja ohra. Il-Bronk tawh l-opportunita’ li jiehu sehem f’ diversi produzzjoniet, kemm drammi bhal Medea, Idejn il-Vjolinista, www.guzeppimattewcallus.com u Tigi Saltnatek, u kemm kummiedji bhal Rokku tal-pitrolju, Majsi fil-Honeymoon, dak Testment u Is-Sur Mastru, Kelli x-xorti li nahdem ma’ whud mill-aqwa diretturi / atturi li hawn Malta bhal John Suda , Simon Curmi, Tonio Vella ( Majsi ) u Lino Farrugia. Bhala televizjoni kellu parti fid dramm ‘Sahta fuq Uliedi’ , ‘Idejn il-Vjolinista’, 'Marvin'. Kellu wkoll xi bicciet zghar fis-sensiela popolari ‘Qeghdin Sew’.

Ghall-futur jidher li se jkun aktar impenjat mal-Bronk u jhajjar ohrajn biex huma woll jinghaqdu ma’ wahda mill-aktar kumpaniji teatrali stabbiliti li hawn f’pajjizna.



Louis Cuschieri

Louis Cuschieri beda l-karriera tieghu fis-showbusiness fl-eta’ ta’ 15 il-sena billi kien jirreca u jkanta mal-kumpanija teatrali Sammaritans Dramatic Company. Dak iz-zmien kien attenda kors tal-fotografija “Still Photography”.

Louis kien habib kbir tal-mibki Paul Avellino li kien General Manager tal-Malta Film Facilities li llum tissejjah Mediterranean Film Studios, u fl-1964 malli gie biex jinhadem l-ewwel film intitolat “Bedford Incident” Paul Avellino kien dahhal jahdem maghhom lil Louis biex jaghmel parti mill-crew, ghax kien jaf li jippossiedi talent kbir. Louis ma waqafx hawn, wara dan il-film komplew gejjin izjed films biex jinhadmu hawn Malta u kien serva wkoll anke bhala First Assistant Director u Second Assistant Director u diversi karigi ohra. Louis hadem ma diversi diretturi barranin fosthom insibu lil John Huston, Don Chaffey, Mike Hodges, Kevin Connor, Paul Wendkos, Sam Wanamaker, Peter Hunt u ohrajn, fejn akkwista esperjenza kbira minn ghandhom.

Louis Cuschieri ma waqafx hawn, fl-istess zmien li qed insemmu kien attenda kors fuq il-kitba Letterarja u Drammatika Maltija, immexxi mill-mibkija il-Prof. Guze’ Aquilina u Guze’ Diacono. Wara rega’ ha kors iehor fl-Universita’ ta’ Malta dwar Kitba Kreattiva, immexxi mill-Prof. Oliver Friggieri.

Huwa kompla ha zewg courses ohra minn fuq l-Internet li jikkonsistu “What is a Film Director?” u “How to Write a Screenplay”.

Louis Cuschieri kien kiteb u dderiega il-film ghac-cinema ‘Mera tal-Passat’ li kien intwera fl-Eden Century Film Centre u Sun City Cine Palais. ‘Mera tal-Passat’ kien intwera ukoll fuq l-S.B.S. TV Station fl-Awstralia, li kien intlaqa’ tajjeb hafna mill-emigranti Maltin.

Bhalissa ghadu kemm spicca jikteb script iehor ghac-cinema ntitolat ‘QERQ’ li ser jiehu hsieb ukoll jidderiegieh. ‘QERQ’ ser ikun produzzjoni ta’ Bronk Productions.



David Rizzo

Minkejja li d-drama kienet minn dejjem ghal qalbu, anki meta kien ghadu daqsxejn ta’ tifel, pero qabad jehodha b’certu serjeta’ minn madwar sena u nofs ilu. Id-drama ghalih saret parti mportanti minn hajtu, u llum il-gurnata ma jimmaginax hajtu kif tkun minghajr dan id-delizzju daqstant sabih. Forsi l-akbar dispjacir li ghandu huwa li dam xi ftit jahsibha biex qabad jiehu l-korsijiet halli jkun jista’ jitghallem hafna aktar milli kien jaf, izda imbaghad jghid kif jghidu l-inglizi ‘better late than never’.

Beda jitghallem id-drama mal-Bronk Productions, u apparti li sab tutors mill-aqwa li minghandhom tghallem hafna, sab ukoll persuni li lesti li jghinuh hafna. Fil-Bronk hu personali sab familja ohra. Huwa jghid li hu fatt ukoll li jekk turi mpenn u tiehu l-affarijiet bis-serjeta’ l-Bronk Productions zgur li joffrulek opportunitajiet halli takkwista esperjenza kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televizjoni, kif propju inghataw lilu. Grazzi kbira tmur lill-familja tieghu u li dawk ta' madwaru tas-sapport li dejjem tawh.



Jesmond Cauchi

L-ewwl darba li tlajt fuq palk kien fil-pegeant tal-passjoni tal-parrocca Rahal Gdid Kristu Re, kien ghad kelli biss 8 snin. Bqajt niehu sehem attiv f'dan il-pegeant ghal sittax-il sena u l-ahhar sebgha snin ghamilt il-parti ta' Kristu. Wara ghaxar snin wieqaf mill-palk iddecidejt li nidhol go kumpanija u ghazilt il-Bronk Productions. Nista' nghid li ma ddispjacinix, ghax l-opportunitajiet li tawni kemm ghall-palk u tv kienu bosta. Fost produzzjonijiet li kelli ghall-palk kienu 'guzeppimattewcallus.com', 'Majsi fil-honeymoon', 'Idejn il-Vjolinista', 'Min jghix bit-Tama' u ohrajn. Bhala tv l-iktar li tibqa' favorita ghalija hija l-parti tan-nutar Meli Fleri f- 'Idejn il-Vjolinista'. Jidher bizzejjed li kienet ghazla tajba u nheggeg li min huwa mhajjar biex jaghzel lill-kumpanija Bronk.



Sandy Spiteri

Sandy ilha mal-Bronk Productions mis-sena 2000. Ilha minn dak iz-zmien titghallem ma’ John Suda, kif ukoll ma’ Domnic Said. Rajniha fuq it-television bhala Catty f’Qeghdin Sew, u bhala Jane fi Fredu l-Fra li taghha wkoll hi s-segretarja tal-Produzzjoni. Diga kellha esperjenza ohra bhala Segretarja ta’ Produzzjoni f’Gawdenz. Barra Segretarja ta’ Produzzjoni ta’ television kienet hafna drabi Segretarja ta’ Produzjoni fit-teatru, f’kummiedji u drammi. Ghal Sandy l-aktar wahda ghal qalbha bla dubju ta’ xejn hi d-dramm tal-Passjoni. Fost produzzjonijiet li kellha fuq il-palk jinkludu ‘Midsummer Nights Dream’ bhala Puck. ‘Min Rahha’ li kellha wkoll is-sehem fil-kitba ta’ l-iscript b’arrangament ta’ John Suda. U hafna ohrajn. Sandy tixtieq tiehu l-okkazjoni biex tirringrazzja l-Bronk Productions, li ghaliha hija it-tieni familja taghha, tal-fiducja li juru fiha u ta’ l-opportunitajiet li jatuha.



Brandon Mallia

Minn dejjem kellu l-hajra ghall-palk minn mindu kien daqsxejn ta' tifel. Dan jirrifletti mill-fatt li meta kien l-iskola dejjem kien ikun minn ta' quddiem ghal xi parti fil-produzzjonijiet teatrali li kienu jittellghu. Kiber u hass il-bzonn li dan it-talent ghandu jizvillupah, u beda jattendi l-korsijiet mal Bronk Productions f' Ottubru tal-2004 u kompla jitghallem ma l-ghalliema professjonali li hemm ma l-istess kumpanija. Illum il-gurnata kellu hafna opportunitajiet kemm teatrali kif ukoll fuq it-televizjoni. Jghid b'wiccu minn quddiem li jhossu kuntent hafna li jaghmel parti minn din il-familja, ghax apparti li kompla jizvillupa t-talenti tieghu, kellu c-cans li jaghmel hafna hbieb godda.



Antoinette Caruana

Bdejt mal-Bronk Productions seba' snin ilu. Kien John Suda li hajjarni u ressaqni mal-kumpanija Bronk u bdejt niehu l-course tad-drama. S'issa kelli opportunitajiet niehu sehem kemm fi produzzjonijiet teatrali kif ukoll fuq it-televizjoni fosthom Kamillu u Cirillu, Issa Gejn'Ottu, Erbgha ghal Erbgha bhala teatru u Il-Madonna tac-Coqqa, Qeghdin Sew, Idejn il-Vjolinista, Miraklu u Id-Dar tas-Soru. Id-Drama minn dejjem kienet go fija u ghalkemm bdejt tard sodisfatta hafna b'dak li ghamilt s'issa. Bhalissa qieghda nahdem fuq teleserial gdid bl-isem ta' Nies Bhalna li bhala direttur u awtur tieghu huwa Dominic Said.



Graziella Aquilina

Il-Palk min dejjem jaffaxinha imma qatt ma mmaginat li xi darba kienet se taghmel parti minnu. L-istorja taghha hi kemmxejn differenti. Ghalkemm kienet tiehu sehem fi produzjonijiet teatrali meta kienet ghada l-iskola, dahlet taghmel parti mal-Bronk Productions b' kumbinazzjoni u llum il-gurnata thossha kburija mmens li taghmel parti minnha. L-ewwel ma beda kien l-gharus taghha u waqt li bdiet taghmel hbieb godda bdew ihajruha biex tiehu xi korsijiet ma' l-ghalliema professjonali li hemm mal-Bronk. Bdiet tattendi l-korsijiet f' Lulju 2005. Kellha xi opportunitajiet kemm teatrali kif wkoll fuq it-televizjoni. Peresli x-xoghol profesjonali taghha huwa hair stylist illum il-gurnata hija kkunsidrata bhala l-hair stylist tal-Bronk Productions.



Redeemer Galea

Redeemer Galea sa minn meta kellu sebgha snin, kien jiehu sehem fil-plays ta’ l-iskola. Minn hemm qabad imur l-Azzjoni Kattolika tal-Belt, fejn kull nhar ta’ gimgha kienu jtellaw play ghalhom stess biex jarawhom shabhom li ma kienux jiehdu sehem, kwazi f’kull wahda kien jiddeffes xi ftit. Fis-sena 2000 inghaqad mal-Bronk Productions, fejn l-ewwel tutor tieghu kien Simon Curmi. Ha 8 courses mieghu u minn dak inhar ma harisx lura u beda jiskopri x’inhu verament it-teatru. Kellu bosta ghallima ta’ fama kbira f’pajizna fosthom: Simon Curmi, John Suda, Dominic Said u ohrajn. Jghamel ukoll parti mill-back stage crew tal-Bronk, fejn tghallem li t-teatru mhux li tirrecta biss, imma hemm hafna aktar affarijiet importanti xi jsiru. Bhala esperjenza fuq il-palk kellu: Issa Gejna Ottu, Ftakar dejjem li nhobbok, Min jghix bit-Tama, Tigi Saltnatek, Waslet is-siegha, L-Ikkundannati, Gesu’ ta’ Nazzaret Sultan tal- Lhud, Il-Libsa ta’ Kristu; dawn kollha drammi li hadem mal-Bronk. Amorini u Kanarini, Farsa f’Ghar Lapsi, Kostantino L-Oratorju San Domeniko Savio B`kara, u hafna ohrajn. Kellu ukoll esperjenza il-Germania fejn hadem Comedia del Arte ma’ studenti ohrajn fostom Germanizi, Estonjani u Taljani. Redeemer jixtieq jirringrazzja l-Bronk ghal din l-opportunita’! Bhala esperjenza fuq TV kellu l-karattru ta’ Bernard f’Gheruq fuq NET TV minn Ottubru 2007 produzzjoni ta’ Hermann Bonaci u partijiet sekondarji f’Gizelle, Qeghdin Sew, L- Avukat Gawdenz Bilokka u Fredu l-Fra.



Dorian Micallef

Ghalkemm id-drama kont inhobbha minn ckuniti, bdejt niehu l-korsijiet tad-drama ghall-ewwel darba mal-Bronk Productions ftit tas-snin ilu. Nista' nghid li sibt hafna ghajnuna minghand l-ghalliema tal-Bronk, bhal Domenic Said u John Suda. Kelli l-ewwel esperjenza fuq palk gewwa l-oratorju ta' Birkirkara fil-play "Tan-Nanna Helu Manna" u wara kelli l-ewwel esperjenza fuq it-T.V. mal-kumpanija tal-oratorju ta' Birkirkara ( San Ginesjo) fid-Dramm "MARCELLINO" li kellu bhala direttur lil Anthony Ellul. Ftit taz-zmien wara bdejt niehu sehem regolari fit-teatru mal-Bronk Productions, grazzi ghall-opportunita li dejjem tawni. Kelli parti fit-teleserial li kienet tant popolari, "MARVIN" u matul dan iz-zmien sibt hafna ghajnuna minghand Tonio Vella(Il-Majsi) li kien id-direttur tal-produzzjoni. Mizzewweg lil Frida u ghandi zewgt itfal, Glenn u Kieran.