SIEGĦA ŻMIEN

Il-programm "Siegħa Żmien" li hu tant għal qalb ħafna nies, bi produzzjoni tal-Bronk Productions u preżentazzjoni ta’ Joseph Borg ( magħruf ukoll bħala Ġorġ); qed jixxandar kuljum mill-10.30 a.m. sa 12.00 p.m.
"Siegħa Żmien" hu programm mħawwar b’ħafna suġġetti interessanti fosthom il-passatemp favorit tat-telespettaturi fejn ikun hemm tagħlim dwar il-krafts fosthom il-ganutell, monastir, ħansa, ħjata, parċmina u ħafna oħrajn.
Dawn il-krafts jkunu murija b’reqqa minn għalliema professjonali li bla dubju huma magħrufa mat-telespettaturi. Minbarra l-krafts hemm ukoll rokna tal-kċina u rokna dedikata għat-tfal.
Żgur li waqt il-programm mhux se jonqos il-kuntatt mat-telespettaturi fejn jistgħu jipparteċipaw u jssaqsu dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom.