XRAR

     Ta’ erbgħin sena Lippu miżżewweġ u missier. Martu u ibnu Matthew isarrfu d-dinja għalih, iżda baqa qrib t’ommu... Saħansitra jgħix f’daru flimkien man-nannu. Lippu raġel tal-ġabra ferm. Id-delizzju tan-nar kien joħorġu għall-ħin twil barra mid-dar, apparti x-xogħol. Xeni ta’ tqanqil il-qalb… Kuntrasti qawwija bejn s-sabiħ u l-ikraħ, t-tajjeb u l-ħażin, n-niket u l-ferħ, l-ħidma tad-delettant mqabbla ma’ dik tal-imgħallem… iżda fuq kollox xeni mgħaġġla li jaqtawlna nifisna, iġibuna f’sensina u jfakkruna f’logħob tan-nar tal-ħolm. Nesperjenzaw il-kurżitajiet tal-artiġjanat u x-xjenza tal-manifattura u fuq kollox tat-talent artistiku. L-innovazzjoni u l-kreattivita m’humiex nieqsa. Eżempju... t-tfaqqiegħ tal-murtali hu mqabbel mat-tkarwid tar-ragħad u mal-ħoss tal-polz tal-qalb.

      Minsuġa f’din il-ġrajja nsibu sensiela ta’ xeni li jirrakkuntaw kif il-logħob tan-nar infirex u żviluppa f’pajjiżna. Għaldaqstant il-kamra tan-nar, “St Philip Firework Factory” ittieħdet bħala eżempju ta’ dak kollu li kull kamra tan-nar f’Malta u Għawdex tista’ ġġarrab. Flimkien nitkixfu… Jiġu żvelati t-tifkiriet tal-imgħoddi u drawwiet iżda aktar minn hekk jiġi ddentifikat il-logħob tan-nar li jagħti karattru lill-festa Maltija: d-devozzjoni u r-rabta bejn l-artiġjan tan-nar u l-qaddis protettur… Arti piroteknika li trodd ġieħ u qima lill-qaddis protettur u tagħti stampa ċara tal-livelli għolja milħuqa mill-Maltin f’din id-dixxiplina.

      Fuq kollox il-film Xrar jitratta dak kollu li jagħmilna u li jiddistingwina bħala Maltin u dan b’ħila, b’delikatezza u b’reqqa billi uża l-ġrajja rejalistika ta’ Lippu. It-telespettatur li jħobb il-logħob tan-nar għandu xalata ta’ spettakli kaleidoskopiċi misluta minn 19-il kamra tan-nar f’Malta. It-telespettatur li jħobb il-ġrajja, l-karattri jew it-tradizzjoni għandu fejn jimraħ… Id-dettal jikxef suret il-bniedem. L-għan hu wieħed għani: Xrar għandu iħalli impressjoni tajba ta’ artiġjanat Malti li għandu stima għolja fuq livelli Internazzjonali. Iżda fuq kollox din ħi ħidma kulturali li tagħti ġieħ lil dawk kollha li fi żmien jew ieħor ħabirku biex kabbru il-mistier tal-logħob tan-nar f’pajjiżna u ssellem lil dawk li taw ħajjiethom lil dan l-artiġjanat Malti.

vlcsnap-2010-03-02-17h09m45s143.png vlcsnap-2010-03-02-17h11m43s7.png vlcsnap-2010-03-02-17h24m42s159.png vlcsnap-2010-03-02-17h30m14s151.png vlcsnap-2010-03-02-17h53m39s123.png

ĠULINU JIBLA' KANNA

     Ġulinu jkun impjegat fil-villa tas-sinjuri Muscat Mallia Manduca.  Xogħolu suppost li hu ta’ ġardinar imma jipprova jiddeffes f’kollox barra fil-ġnien.  Kull naqra ħin li jkollu arah sejjer lejn il-kċina jfittex biex jimla żaqqu.  Perpetwa l-koka xejn ma tieħu gost b’dan l-atteġġjament ta’ Ġulinu, allura tmur tirrapurtah lis-sinjur.  Is-sur Orlando, li jkun ilu jwissi lil Ġulinu li ma jridux jersaq lejn il-kċina, jiddeċiedi li jkeċċi lil Ġulinu mix-xogħol u hawn Ġulinu jibla’ l-ewwel kanna.  Imma Ġulinu mhux xi wieħed li jċedi malajr, allura jipprova minn kollox biex jibqa' jaħdem fil-villa.  Saħansitra anke jġelled lis-sinjuri bejniethom biex jipprova jidher sabiħ magħhom.  Imma b’din l-istrateġija se jirnexxilu jżomm postu bħala ġardinar?  Taħsbu li Ġulinu se jiblagħha hu il-kanna jew ibellagħha lil ħaddiehor?

          Jiehdu sehem: Tonio Vella (Majsi),  Joseph Galea,  Antonella Galea Loffreda,  Doreen Cini,  Antoinette Caruana,  Benny Casha  u  Pierre Bonello. Id-direzzjoni hi ta’ Tonio Vella.

GULINU+1.jpg GULINU+2.jpg GULINU+4.jpg GULINU+6.jpg GULINU+7.jpg GULINU+8.jpg GULINU+9.jpg GULINU+10.jpg GULINU+11.jpg GULINU+12.gif

ISA IFTAĦLI GĦAX WASALT

“Isa, Iftaħli Għax Wasalt” hija kummiedja li fiha l-udjenza ma tieqafx tidħaq. 

     X’inkwiet jista' qatt ikollu Tourist Courier trankwill li mix-xogħol għad-dar mal-mara, u mid-dar għax-xogħol?  Joe huwa r-raġel li kull mara tixtieq li jkollha.  Premuruż u amoruż.  Honeymoon perpetwu.  Veru.  Sakemm jinqala’ imprevist li jġiegħlu jħarbat ix-schedule li fuqha jimxi b’tant preċiżjoni. 

     Għaliex iż-żewġ surġenti tal-pulizija jħossuhom fid-dmir li jinvestigawh?  Min hu tassew Joe Borg?  X’inhuma ż-żewġ indirizzi li tiegħu għandhom l-isptar?  Għaliex żewġ indirizzi?  Ir-risposta hi xi ħaġa li taħsad lill-ġar tiegħu George Barbieri.  Mur obsor għal Joe! 

     Minn hawn tibda sensiela ta’ gideb u ħabi u nofs veritajiet maħsuba li b’xi mod tibqa’ mistura l-verita’.  Kollox f’sitwazzjonijiet komiċi għall-aħħar.

     Taħt id-Direzzjoni ta’ John Suda li jaħdem il-parti ta’ George il-ġar, f’din il-produzzjoni ta’ Bronk Productions, jieħdu sehem Rosann Zammit Cassar, Charise Zahra, Marco Grech, Claudio Attard, Leo Bartolo u Kevin Spiteri.

Isa+Iftahli+ghax+wasalt+PHOTO+1.JPG Isa+Iftahli+ghax+wasalt+PHOTO+2.JPG Isa+Iftahli+ghax+wasalt+PHOTO+3.JPG Isa+Iftahli+ghax+wasalt+PHOTO+4.JPG Isa+Iftahli+ghax+wasalt+PHOTO+5.JPG Isa+Iftahli+ghax+wasalt+PHOTO+6.JPG

SALVANI ZORRO SALVANI

     L-istorja toħodna fil-Messiku, fejn Esmeralda, li għandha bar ħa tiċċelebra għeluq l-għaxar snin miftuħha, u Lola; il-ġara saħħara ta' ħdejha; ma taħmilhiex pinġuta, iżda dan mhu xejn, ghax kif jitfaċċa bħal sajjetta fil-bnazzi l-misterjuż Zorro, Esmerlada tinġibed lejh daqs kalamita, u Lola għax hi saħħara ħażina tipprova tħassar il-festi.  Iżda hemm aktar ........

     B'adatament tal-mużika u kliem ta' Vince Fabri koreografija ta’ Keith Grima u kitba u direzzjoni ta' Dominic Said.  Kif ukoll jieħdu sehem atturi bħal Gorg tad-Downats fil-parti tad-Dama, Tonio Vella Il-Majsi, Josette Ellul, Joe Borg, Stephanie Grech Mallia, Noel Calleja u Graziella Casha. 

ZORRO+1.JPG ZORRO+2.JPG ZORRO+3.JPG ZORRO+4.JPG ZORRO+5.JPG ZORRO+6.JPG ZORRO+7.jpg ZORRO+8.jpg ZORRO+9.JPG ZORRO+10.jpg

Majsi, Ġorġ u l-President tal-Banda

Il-kummiedja "Majsi, Ġorġ u l-President tal-Banda" teħodna fi pjazza ta’ raħal fejn hemm zewg każini tal-banda faċċata ta’ xulxin. Insibu l-każin tal-Qamar u l-każin tal-Qanfud li naturalment huma mpikati bejniethom. Jiġri li tal-Qanfud jagħmlu laqgħa ġenerali biex jeleġġu president ġdid minħabba li dak li għandhom, is-sur Fred, iridu jeħilsu minnu. Jiftħu n-nominazzjonijiet u b’għageb ta’ kulħadd jidħlu numru mhux ħażin biex jikkontestaw għall-kariga ta’ president. Fost dawk li jitfgħu in-nomina tagħhom hemm Lippu l-Lagħqi li sa ftit ilu kien surġent tal-pulizija u s-sur Raymondo li miskin m’għadux jisma waħda minn mija. Xi ħadd javviċina wkoll lil Majsi u lil Ġorġ tad-Downats biex huma wkoll jikkontestaw għall-president tal-Qanfud. Imma tgħid Majsi u Ġorġ jaċċettawha din l-istedina? U x’jiġri meta Majsi u Ġorġ flimkien ifettlilhom jorganizzaw "mass meeting" fil-pjazza tar-raħal?

"Majsi, Ġorġ u l-President tal-Banda" hija kummiedja li għandha kitba u direzzjoni ta’ Tonio Vella.  Flimkien ma' Tonio Vella (Majsi) u Joe Xokki Borg (Ġorġ tad-Downats) jieħdu sehem ukoll John Dimech, Tania Scicluna, Pierre Bonello, Benny Casha, Stephanie Grech Mallia, Louis Gatt, Manila Bottone, Tanya Borg, Angie Casha, Claudio Attard, Clayton Xerri, Hilary Desira u Chris Xerri. 

MajsiGorgPresidentBanda-1+web.jpg MajsiGorgPresidentBanda-2+web.jpg MajsiGorgPresidentBanda-3+web.jpg MajsiGorgPresidentBanda-4+web.jpg MajsiGorgPresidentBanda-5+web.jpg

Il-Messija

     “Il-Messija”  hu  dramm  li  jitratta  l-ħajja  ta’  Sidna  Ġesu’  Kristu.   Dramm  li  jurina  min  kien  dan  Ġesu’,  u  għaliex  ġie  fid-dinja  bħala  bniedem.   Id-Dramm  jibda  mit-tħabira tal-Anġli lir-ragħajja, li ‘l-Messija  twieled.    U  kif  beda  l-missjoni  tiegħu  fost  il-poplu  Lhudi,  jfejjaq  jagħmel  il-mirakli,  u  jgħallem.  U ta’ dan il-Lhud ħalsuh billi salbuh fuq salib.  Kif  nafu  ħadd  ma  kien  aċċettah  bħala  l-Messija  li  kellu  jiġi.  Il-Lhud kienu  jistennew  Messija  differenti  milli  kienu  jaraw  f’ Ġesu’.  .  Kienu qed jistennew Messija li se jeħlishom mill-jasar.  Il-Messija kien ġie fid-dinja, kif kien imħabbar minn ħafna żmien qabel mill-profeti, imma l-Messija li ġie mhux biex jeħlishom mill-jasar tal-ħakkiema, imma mill-jasar tad-dnub.  Ta’ madwaru forsi, waħdiet li kienu emmnu fih.  F’dan id-dramm se naraw kif Il-Messija, (Ġesu’ Kristu), bħala bniedem, kien kontinwament ittantat mix-xitan.  Sa mill-bidu tal-missjoni tiegħu, qabel ma ħareġ jippriedka mar jitlob u jħejji ruħu għal erbgħin jum fid-deżert waħdu.  Waqt dan iż-żmien Ġesu’ kien bil-guħ.  Hawnhekk kemm-il darba ġie ittantat mix-xitan, li ried iwaqqgħu biex jitolbu l-għajnuna tiegħu.  Sa wasal biex offrielu is-setgħa fuq il-Belt ta’ Ġerusalem.   Ġesu’ qatt ma ried jaqa’ għax-xitan.  U din tul il-ħajja tiegħu ma kienetx l-ewwel darba.  Kif naraw fid-dramm kien hemm ħafna drabi meta x-xitan, permezz ta’ nies differenti, pprova biex Ġesu’ juri li Hu kien il-Messija, l-mistenni.  Imma Ġesu' ma riedx għax kieku stqarr min kien; li Hu l-Messija, l-poplu kien jipproklamah sultan u jippruvaw ikeċċu r-Rumani u jieħdu l-ħakma f’idejhom.  Ġesu'  ma riedx juri għax ried iwettaq il-missjoni tiegħu biex jeħles lill-bnedmin mill-jasar tad-dnub, u jirbah lix-xitan.  Kif  l-istorja  nafuha, lil  dan  Ġesu’  raw  kif  għamlu  biex  jeħilsu  minnu.   Ikkundannawh  għal  mewt.  Il-Lhud kienu taħt il-ħakma Rumana, u ma setgħux jikkundannaw bniedem għall-mewt.  Għalhekk, tawh f’idejn ir-Rumani biex isallbuh huma.  Hekk  daħlu  r-Rumani  u  Pilatu,  fl-istorja  tal-Messija.  “Il-Messija”  hu  d-dramm  fejn  naraw  il-ħajja  ta’  Sidna  Ġesu’  Kristu  bħala  l-Messija  li  kellu  jiġi  biex  jifdina.

     Dan id-Dramm għandu  kitba u direzzjoni ta' Pierre Bonello.  Fih jieħdu sehem madwar 35 attur, fost il-parti prinċipali hemm Carlos Farrugia (Ġesu’), Joe Borg (Pietru), Noel Calleja (Ġwanni), Dorian Micallef (Ġuda), John Dimech (Pilatu), Benny Casha (Ċenturjun), Cladio Attard (Żerah), Angie Casha (Marija ), Stephanie Grech Mallia (Marija Madalena) u ħafna oħrajn. 

Messija+1.JPG Messija+2.JPG Messija+3.JPG Messija+4.JPG Messija+5.JPG Messija+6.JPG Messija+7.JPG Messija+8.JPG Messija+9.JPG Messija+10.JPG

 Snow White u s-7 Deputati

     Sorsi ta' min jorbot fuqhom qegħdin jgħidu li hawn xi seba' deputati jiġru mas-saqajn mhux ta' min jafdhom. U l-istess sorsi qegħdin jgħidulna li dawn l-istess seba' deputati qed iħufu fil-Buskett u anka inħawi oħra f'ħinijiet strambi.  U dawn is- seba’ deputati huma perikolużi. Imma eżatt eżatt min huma dawn is-seba’ deputati?

      Dan kollu u aktar tkunu tistgħu issiru tafu fuqu fil-Pantomima l-ġdida li Bronk Productions qiegħda taħdem fuqha din is-sena ġewwa t-teatru tal-Universita’ Sir Temi Zammit, tal-Qroqq, bl-isem "Snow White u s-seba’ deputati." U din is-sena, l- Pantomima se tkun aqwa mis-snin kollha li għaddew.  Biss, biss Ġorġ, li se jkollu l-parti prinċipali tad-dama, anka telgħa Londra biex jixtri parokki ġodda u anka oġġetti oħra relatati ma' din il-panto, li Malta mhux faċli li wieħed isibhom.

     Imma eżattament fuq xhiex inhi din il-Panto?  Is-suġġett hu dak ta' Snow White, imma bid-differenza li flok għandha seba’ nani, se jkollna seba' deputati.  U dawn is-seba’ deputati se jkunu miż-żewġ partiti, jiġifieri mħaltin, u anka bejniethom jaqsmu u jħaltu qishom aħwa, mhux kif soltu narawhom fuq it- televixin f'xi dibattitu jaħraq. 

     Mela niltaqgħu ma' Snow White li missierha, Kaċċttur prim jerga jiżżewweġ, għax issa hekk moda, lil mara li din tkun ifisatta fis-sbuħija tagħha. U din il-mara tkun saħħara. U sakemm Snow White tkun zgħira, ma jkun ġara xejn. Iżda meta Snowthite tibda titfarfar u ssir isbaħ minn din ir-Reġina, hawn, jibda l-inkwiet. U kif tafu, din ir-Reġina tkun saħħara u waħda kattiva. Permezz tal-mera maġika tagħha, din is-saħħara dejjem tkun taf jekk hi għadiex l-isbaħ mara fuq l-għolja tal-Magħtab,  iżda kif għidna, meta Snow White tagħlaq it-18-il sena…. Jibda l-inkwiet.

     U minn hawn titħawwar sew l-istorja, jew il-Panto, ta' Bronk Productions, bis-sħaħar u maġija, deputati jiġru mas-saqajn, u anka Fenek li jitkellem u miegħu għandu wkoll bintu, li ukoll titkellem. 

     Fuq kitba ta' Dominic Said, Lirika ta' Vince Fabri u koreografija ta’ Keith Dance Studio, b'direzzjoni ta' Tonio Vella il-Majsi, l- Panto ta' din is- sena se toffri kant, spettaklu, xenarju u kostumi ġodda, kif wkoll ċajt u divertiment għal familja kollha. U dan kollhu għal aktar minn tliet siegħat sħaħ.

       B'atturi bħal Ġorġ, Tonio Vella l-Majsi, Stephanie Grech Mallia, Graziella Casha, Christian Arding, Joe Borg, Dorian Micallef, Josette Ellul, Redeemer Galea, Tanya Borg, Pauline Busuttil Domenici, Chris Xerri, Noel Calleja, Elliot Micallef, Louis Gatt, Leo Bartolo, Hilary Desira, Mariah Casha, Bridget Borg u ħafna oħrajn.

SnowWhite-A.jpg SnowWhite-B.jpg SnowWhite-C.jpg SnowWhite-D.jpg SnowWhite-E.jpg SnowWhite-F.jpg SnowWhite-G.jpg SnowWhite-H.jpg SnowWhite-I.jpg SnowWhite-J.jpg SnowWhite-K.jpg SnowWhite-L.jpg